Wara 10 iljieli ta’ divertiment u ċelebrar, id-39 edizzjoni tal-Farsons Beer Festival waslet fi tmiemha lbieraħ, iżda żgur mhux forsi ta’ min jgħid li l-festival tant mistenni għalaq bil-kbir. Fost l-aħħar atti li taw prestazzjoni mill-aqwa fuq il-palk prinċipali nsibu lil ħadd aktar ħlief Michela Pace, fi spettaklu xejn inqas minn spettakolari.

M

Instagram / @bevv20

Il-kantanta ta’ Chameleon ma naqsitx milli qanqlet reazzjoni tajba u qawwija mill-membri tal-udjenza, hekk kif għal darb’oħra rnexxielha tixhed it-talent mużikali tagħha. Fost id-diski li kantat insibu l-cover tagħha tad-diska Shallow ta’ Lady Gaga u Bradley Cooper – waħda mill-kanzunetti li għenewha tikseb għalkollox l-imħabba tal-udjenza Maltija waqt żmienha fuq l-ewwel sensiela ta’ X Factor Malta.

M

Instagram / @michelamusicofficial

Michela ma kinitx weħidha fuq il-palk ilbieraħ: hija ngħaqdet ma’ Ira Losco u l-band tagħha, li wkoll taw prestazzjoni liema bħalha b’kanzunetti li jilħqu d-diskografija sħiħa tal-kantanta rinomata. Ir-relazzjoni bejn Michela u Ira hija waħda pożittivissima: l-artista ta’ 18-il sena saħansitra awgurat l-isbaħ xewqat lil Ira f’għeluq sninha biss erbat ijiem ilu, fejn sejħitilha waħda mir-role models tagħha.

M

Instagram / @michelamusicofficial

Instagram / @bevv20


Kurt Gabriel Meli