Il-kantanta u rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta, Michela, għadha kif ħabbret proġett ġdid. Bir-rebħa tagħha ta’ X Factor hija rrapreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision 2019 bil-kanzunetta Chameleon.
Fuq il-paġna tagħha Michela qalet li ser tkun qed tagħmel kollaborazzjoni mal-grupp The New Victorians bil-kanzunetta One More.
Dan l-aħħar The New Victorians ikkollaboraw mal-Lapes bil-kanzunetta Min Jaf.
Nistgħu ngħidu li ninsabu ħerqana mmens sabiex nisimgħu din id-diska minn grupp u kantanta bravissimi.
Facebook / Michela