Illejla Michela ħa tkun waħda mill-artisti Maltin li ħa tkun qed tkanta fuq il-palk ta’ l-Isle of MTV, din żgur ħa tkun l-akbar udjenza li ż-żagħżugħa Maltija ħa tkun qed tkanta fiha. F’intervsita li l-kantanta kellha riċentament ma’ Style Magazine, barra l-esperjenza tagħha fil-Eurovision Song Contest tkellmet ukoll dwar minn fejn nibtet l-imħabba għall-mużika.

Michela tgħid li tiftakar tmur il-kor tal-knisja ma’ ommha meta kien għad għandha biss tliet snin, iżda hi damet sa ma kellha tmien snin qabel inagħqdet mal-kor innifsu. Il-mużika xi ħaġa li qiegħda fil-familja ta’ Michela, omm Michela, Maureen kienet idoqq il-flawt filwaqt li missiera Michael kien idoqq il-qarn magħruf aħjar bħala l-French horn.

View this post on Instagram

A post shared by Michela (@michelamusicofficial) on

Għalkemm il-mużika dejjem kienet f’qalb Michela, iddeċidiet li toħodha bis-serjetà minn meta bdiet tifhem u tara kif taħdem l-industrija. Ma setgħetx temmen li produzzjoni bħal din ħa ssir hawn Malta, għax minn dejjem segwiet l-X Factor ta’ barra minn xtutna. Tistqarr li l-aktar fatt li ħajjarha kien il-fatt li r-rebbieħ ħa jirbaħ kuntratt.

Mill-għada stess li rebħet dan il-programm, Michela bdiet taħdem bla waqfien fuq il-Eurovision Song Contest. Tammetti li l-fatt li bdiet tara l-kanzunetta żżid il-miljuni ta’ segwaċi kien inkoraġġanti ferm u ma tistax tinsa l-ġbid tal-vidjow mużikali – fejn fost l-oħrajn kellkha tidħol ġo banju b’numru ta’ kamalejonte magħha.

View this post on Instagram

A post shared by Michela (@michelamusicofficial) on

Tistqarr li xejn ma jista’ jgħaddi l-mument li semgħat isem Malta, xħin ħabbru lil pajjiżna bħala wieħed mill-finalisti. Michela għall-ewwel darba tgħid li kien hemm problemi tekniċi waqt il-wirja tagħha, dan meta t-tim tal-produzzjoni nesew jillokjaw il-prop ta’ Malta... dan wassal biex hi kienet il-ħin kollu qed tiċċaqlaq. Meta tara l-filmat, tgħid li tidher bajda u panikuża imma dan parti minn din id-dinja fl-aħħar mill-aħħar.

Il-kanzunetta għalkemm ma kisbitx ir-riżultat li wieħed stenna u li kienu qed jaħsbu d-djar tal-imħatri oriġinarjament, xorta kienet waħda minn dawk l-aktar li ndaqqet fuq Spotify. Tant hu hekk li daħet fin-numru tlieta fil-Global Viral Charts b’aktar minn 5 miljun persuna li daħlu jisimgħu lil kantanta Maltija. Il-bidu jawgura tajjeb immens għal Michela.

View this post on Instagram

A post shared by Michela (@michelamusicofficial) on

Hi stqarret li issa wasal iż-żmien li tbiddel naqa l-prijoritajiet tagħha, tkompli taħdem fuq kanzunetti oriġinali u tħejji s-single li jmiss. Barra minn hekk tixtieq li taħdem fuq album mużikali. Tgħid li wara dak kollu li ġara, temmen li l-affarijiet mhux ħa jieqfu hawn. L-ewwel waqfa għaliha tkun illejla, fuq il-Fosos tal-Furjana għall-Isle of MTV.

Instagram / Michela


Emil Calleja Bayliss