Michela, wiċċ stabbilit fix-xena lokali! Rajnieha bħala kantanta fejn rebħet kemm il-Konkors Kanunzetta Indipendeza, kif ukoll l-Għanja tal-Poplu. Nafuha bħala mudella fejn spiċċat rebħet Miss World Talent u dan l-aħħar, qed narawh fil-parti ta' Carlotta fuq is-sensiela L-Għarusa. Aħna tkellimna magħha f'dawn il-festi u staqsejnieha ftit dwar is-sena li għaddiet u wkoll dwar dak li hemm lest għal din is-sena, is-sena 2020!
X’kienet l-aktar ħaġa speċjali fl-2019? Forsi memorja sabiħa jew xi ħaġa li żgur mhux ħa tinsa.
Is-sena 2019 kienet mimlija b’diversi esperjenzi sbieħ imma li kieku kelli nagħżel tliet memorji li żgur ħa jibqgħu jberrnu f’moħħi; Il-musical “Il-Kbir Għadu Ġej”; l-parti ta’ Carlotta fis-serje L-Għarusa; u l-parti ta’ Jasmine fil-pentow bil-Malti, Aladin.
Kellek xi esperjenza jew memorja, forsi mhux daqshekk pożittiva li temmen li tgħallimnt minnha din is-sena?
Kien hemm żmien fejn kont qed nitlef il-motivazzjoni lejn l-affarijiet li nħobb minħabba li kont mgħobbija b’ħafna ħsibijiet negattivi. Ma niddejjaq xejn ngħid li mort infittex l-għajnuna u llum il-ġurnara nħossni ħafna iktar kuntenta u nħares lejn il-ħajja b’mod pożittiv.
Temmen fir-reżoluzzjonijiet? Jirnexxilek iżżommhom? Lest/a li taqsam xi tlieta magħna?
Ma nemminx fir-reżoluzzjonijiet imma meta nagħmel, qatt ma jirnexxieli nżommhom.
Xewqa waħda li tixtieq li ssir reali f’din is-sena li ġejja.
Din is-sena kienet waħda mimilija daqs bajda u qtajt żewġ xewqat kbar, u għaldaqstant nixtiewqli s-sena d-dieħla jkolli ċ-ċans li niżviluppa fuq dak li għamilt din is-sena, nitgħallem u nimxi ‘l quddiem. Ninsab verament grata għal dawk kollha li jtuni s-sapport tagħhom.
X’għandna nistennew minnek fis-sena 2020?
Fis-sena 2020, għandi f’moħħi li naħdem fuq għadd ta’ kanzunetti oriġinali bil-għan li nniedi tal-anqas waħda filwaqt li nispera li jkun hemm il-possibilita t’aktar esperjenzi teatrali.
Kif ħa tiċċelebra jum l-ewwel tas-sena?
L-ewwel tas-sena nqattgħu man-nies li huma tassew għal qalbi, in-nies li dejjem kienu hemm għalija.