Terry Muscat tefgħet fuq il-profil tagħha xi ritratti tagħha tnaddaf żona partikolari f'Bormla, fejn ħafna qed iħallu wisq ħmieġ warajhom. Terry tispjega li hemm bżonn ta' iktar ċittadini responsabbli li jibżgħu għall-ambjent.

"Il-kwantità ta' ħmieġ li neħħejt dalgħodu huwa esaġerat wisq. Ħa nagħmel appell jekk jogħġobkom li min joqgħod bilqiegħda hawn biex tieħdu kafe jew tieklu xi ħaġa l-ħmieg itfgħuh fil-bins u mhux mal-art jew ġol-pjanti għax il-kwantità kbira ta' fliexken u tazzi tal-plastik esaġerat wisq."

Terry tkompli, "Dan nerġa' ngħid mhux xogħli imma qed nagħmel karità mal-Bormliżi kollha u flok nieħu l-grazzi u tgħinuni titfgħu ħmieġ iktar ma nafx għalfejn. Issa naddaft kull m'hawn u nispera li jibqa' hekk."

Bosta ferħulha għal dan il-ġest responsabbli u qalbieni tagħha għall-ġid tal-belt Bormliża. 


Kyle Zarb