"L-appartament f'Cheam Road, fejn ninsab bħalissa, mhux talli jservi ta' wens, imma għalija hu fih innifsu parti mill-kura." Hekk qalet pazjenta li bħalissa qed tiġi mgħejuna minn Puttinu Cares.

Kompliet, "Dan għaliex wara ġurnata l-isptar naf li se niġi lura f'post komdu, familjari, nadif, u attrezzat, fejn nista' nistrieħ, niekol ikel sustanzjuż imsajjar dak il-ħin mir-raġel, ma' nies li nifhmu 'l xulxin u nappoġġjaw lil xulxin."

Stqarret kif it-trapjant ħalliha vulnerabbli u wara bdiet l-isfida l-oħra biex tibni saħħitha, tistrieħ, u tiekol ftit u spiss, filwaqt li tevita l-infezzjonijiet u tagħmel l-eżerċizzju. 

Facebook / Puttinu Cares


Bradley Cachia