Mill-bidu ta’ din is-sena m’għadux permess li tal-ħanut joffri basktijiet tal-plastik għall-prodotti li tkun xtrajt. Il-basket li jingħata għand jkunx jista’ jerġa’ jintuża jew ikun biodegredabbli. Dan japplika għall-kontenituri tal-plastik jew jablo li jintużaw darba biss.

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi flimkien mad-Dwana se jinfurzaw biex iwaqqfu milli jidħlu prodotti tal-plastik li jintuża darba biss. Multi ser ikunu qed jingħataw għal min jinqabad jikser din il-liġi. Fil-bidu ta' Jannar 2021 kienet diġà twaqqfet l-importazzjoni ta' plastik li ma jerġax jintuża,  kif ukoll l-importazzjoni ta’ basktijiet tal-plastik ħfief. Ma baqgħux aċċettabbli fis-suq ċertu prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss bħal pożati, straws, platti u kontenituri tal-ikel. 


Kyle Zarb