Tul l-aħħar ġranet u jiem smajna diversi appelli sabiex f'dawn il-festi kemm jista' jkun nevitaw milli niltaqgħu ma' nies li ma ngħixux magħhom. Dan sabiex inkomplu ngħinu fil-kontroll tal-firxa tal-virus tal-Covid-19.

Il-messaġġ hu wieħed ċar u għalkemm m'hemm l-ebda liġi li twaqqaf li persuni jagħmlu dan, wieħed jaf li jkun qed jidħol f'riskju meta jagħmel dan. Fuq il-paġna taċ-Ċentri ta' kontroll u prevenzjoni ta' mard, CDC huma ħarġu linji gwida li wieħed għandu jsegwi jekk jiddeċiedu li f'dawn il-festi jilqa' xi membri f'daru li ma jgħixux miegħu.

  • Tejjeb il-ventilazzjoni billi tagħżel spazji fuq barra jew tiftaħ twieqi u bibien skont jekk ikunx jippermetti t-temp.
  • Kulħadd joqgħod bilqiegħda mill-inqas 6 piedi 'l bogħod minn xulxin għal kull min ikun hemm li ma jgħix fll-istess dar.
  • Illimita n-numru ta' mistednin kemm tista'... ftakar li inqas nies dejjem aħjar!
  • Kellem lil kulħadd qabel biex tistabbilixxi l-aspettattivi u kulħadd ikun jaf x'ħa jiġri.
  • Naddaf u diżinfetta l-uċuħ li jintmessu ta' spiss.
  • L-użu tal-maskra importanti wkoll jekk ma tkunux qed tieklu.

Emil Calleja Bayliss