F'dawn l-aħħar sentejn, Chucky Bartolo kien jagħmel programm dwar x'jaħseb dwar l-X Factor, programm li kiseb tant u tant popolarità. Issa din is-sena rritorna b'Chatterbox, programm fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn jiddiskuti x'ħaseb minn kull episodju ta' Malta's Got Talent.

Fit-tieni parti tal-episodju jidher li Chucky ħa jibda jkollu mistiedna jew mistieden speċjali u fl-ewwel episodju hu kellu miegħu lil Valentina Rossi. Ħafna nies semmew li Valentina kienet tkun perfett biex tpoġġi fuq wieħed mis-siġġijiet tal-ġurija u grazzi għal Chucky skoprejna x'kienet qed taħseb.

Dawk kollha li jsegwu lil Valentina fuq il-mezzi soċjali tagħha ġa kellhom idea ta' x'kien għaddej minn moħħha dwar uħud mill-parteċipanti. Araw x'kellhom xi jgħidu Chucky u Valentina dwar l-ewwel programm ta' Malta's Got Talent.

Jidher li stennew xi ħaġa aħjar, tgħid fil-ġimgħat li ġejjin ħa naraw xi ħaġa aktar b'saħħtiha?

Facebook / Chucky


Emil Calleja Bayliss