Ilbieraħ, il-ġurnalist u xandar ta' TVM Nigel Mifsud iċċelebra għeluq sninu. Kienu bosta dawk li għaddewlu l-messaġġi tal-awgurju tagħhom f'dan il-jum speċjali. Nigel twieled fl-1993 u b'hekk ilbieraħ għalaq 28 sena.

Kmieni dalgħodu huwa ħalla messaġġ sabiex jirringrazzja lil dawk kollha li awgurawlu f'dan il-jum speċjali. Hu kompla żied, "Dan mhuwiex żmien ta' ċelebrazzjoni minħabba l-Covid-19, iżda din is-sitwazzjoni tgħinna napprezzaw saħansitra l-aktar affarijiet sempliċi fil-ħajja. Nittama għal sena mimlija saħħa."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Nigel l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu u nittamaw li jkollu sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbu! Awguri Nigel!

Facebook / Nigel Mifsud


Emil Calleja Bayliss