Ilbieraħ Mark Laurence Zammit ħabbar li mhux se jibqa’ jmexxi u jippreżenta l-programm ‘L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa. Qal ukoll li din hija “l-aktar deċiżjoni iebsa ta’ ħajti, għax din kienet l-aktar ħolma kbira ta’ ħajti.” Mark ħa din id-deċiżjoni sabiex ikun jista’ jibqa’ dejjem leali lejn il-poplu u lejn l-udjenza tiegħu.

WE Media ħarġu stqarrija uffiċjali dwar dan fejn iċċaraw li mhux il-PBS waqqfet il-programm, iżda kienet deċiżjoni tal-kumpanija stess.

"Wara li ħarġu għidut fil-midja soċjali rigward il-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, d-diriġenti tal-We Media Ltd iħossu li għandhom jippreċiżaw il-fatti kif inhuma. Il-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa huwa propjeta’ ta’ We Media Ltd. We Media biss tiddeċiedi min jippreżenta il-programm. Mark Laurence Zammit qatt ma kien offrut li jerġa’ jippreżenta l-programm wara l-aħħar skeda u ma kellu ebda involviment fid-deċizjonijiet li jinvolvu l-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa. Mhuwiex minnu li l-PBS waqfet il-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, anzi kien għadu ikkunsidrat sa ftit ġimgħat ilu meta Mark Laurence Zammit kien diġa fuq in-notice of termination tal-impjieg tiegħu bħala producer minn ma’ We Media Ltd."

Ilbieraħ ukoll il-preżentatur Quinton Scerri kkonferma li l-programm l-ieħor tiegħu Popolin, li tant għamel suċċess, mhux ser ikun qed jirritorna. Kiteb ukoll li mhux intenzjonat li jieħu post ħadd u xejn il-programm TOPIK. "Fl-aħħar ħin irċevejt numru ta' telefonati u għalhekk għażilt li nikteb dan il-post sabiex ma jkunx hemm interpretazzjonijiet ħżiena ta' dak li qed jintqal. Minn Settembru li ġej ser nibda nippreżenta l-programm TOPIK b'ko-produzzjoni ma' WE Media fuq TVM News+. Il-programm ta' diskussjoni ser jibda jixxandar l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħaxija." 

WE Media tkellmu anke dwar il-programm TOPIK. "Il-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa ma ġiex imwaqqaf min PBS pero bi qbil bejn il-producers u l-istazzjon nazzjonali sar rebranding tal-programm biex jiċċaqlaq għal fuq l-istazzjon TVMNews+ u jitqassam fuq żewġ partijiet, iġifieri l-Erbgħa u l-Ġimgħa, u jinbidel l-isem għal TOPIK.


Kyle Zarb