'Meta żewg ex-żeffiena tal-latin jiltaqgħu'…hekk kitbet il-korjografa Celaine Buhagiar Bugeja, hekk kif tefgħet filmat tagħha tiżfen ma’ Ian Vella magħruf bħala Janvil.

Fil-filmat jidher li kienu wara l-kwinti ġewwa studjow tat-televiżjoni waqt mument ta’ mistrieħ bejn il-provi. Celaine tgħid illi kemm hi u anke Janvil kienu jiżfnu l-istil latin, u jidher li l-fjamma għal dan il-ġeneru ta’ żfin għada mixgħula ġo fihom għaliex malli ltaqghu, bdew jiżfnu qisu ilhom jippratikkaw iż-żifna għal ġimgħat!

Janvil beda l-karriera tiegħu bħala żeffien iżda bil-mod beda jxaqleb għal karriera mużikali hekk kif fl-2005 kellhu l-ewwel suċċess tiegħu fil-Malta Song For Europe bil-kanzunetta You.

Celaine Buhagiar Bugeja bdiet tiżfen fl-eta ta’ 3 snin. Hi tmexxi skola taż-żfin, u matul is-snin ikkoreografat diversi prestazzjonijiet fostom għall-Malta Arts festival, Malta Fashion Awards u Malta Song for Europe.

Facebook / @celainepierre.buhagiarbugeja


Luke Borg