Waqt il-programm Madwar Mejda flimkien ma' Wayne u Nicole, kienu mistednin il-koppja Dario u Alexia Mifsud Bonnici. Il-kantant Dario rajnieh ftit ilu fil-Malta Eurovision ta' din is-sena bil-kanzunetta Pawn In A Game.

Dario u Alexia qasmu mat-telespettaturi tal-ONE l-esperjenza tagħhom u l-vjaġġ twil biex iċ-ċkejkna Nyve ingħaqdet mal-familja tagħhom. Dario u Alexia bdew jaħdmu b'dan il-proċess ta' adozzjoni propju f'April 2020, proċess twil li kienu jafu li se jieħu fit-tul.

Il-koppja titkellem dwar dan il-vjaġġ ta' emozzjonijiet. Alexia tgħid, "Inħossni urtata meta xi ħadd jgħidli li qisni għamilt xi ħaġa ta' barra minn hawn, qisni xi super eroj... ħafna nie shekk iħarsu lejk, qisek għamilt xi ħaġa kbira... jien inħoss li jien il-persuna xxurtjata li laqqagħni ma' din it-tifla mill-isbaħ."

Dario u Alexia jħossu li għamlu xi ħaġa naturali ħafna speċjalment huma li minn dejjem trabbew jagħmlu l-volontarjat, u bla ma riedu interessaw aktar ruħhom f'dan il-vjaġġ. Nyve fil-fatt kienet magħhom waqt il-programm waqt Madwar Mejda.

Erġa' segwi l-programm fuq is-sit uffiċjali ta' ONE. Nawgurawlkom aktar affarijiet sbieħ Dario u Alexia!


Kyle Zarb