Tatiana Timon, mara ta’ 35 sena kienet żeffiena qabel ma mardet wara li waslet lura minn btala, fejn gidmitha nemusa. Tatiana marret Angola titħarreġ iż-Zumba u mill-gidma tan-nemusa qabditha l-Malaria, li wasslet għal amputazzjoni ta’ idejha u saqajha. Hi stqarret li meta marret kien għadu żmien il-Covid 19, u fuq dak biss irriċerkat, mhux fuq il-mard l-ieħor li setgħet tiġi nfettata minnu waqt il-vjaġġ.
Hi rrakkontat li f’daqqa waħda kważi marritilha saħħitha kollha, u bilkemm setgħet tmur sal-kamra tal-banju waħidha. Meta marret l-isptar tawha d-dijannosi tal-Malaria. L-isptar bdiet tieħu dożi ta’ mediċina kontra din il-marda, u t-tobba tefawha f’koma medika, wara li kienet ser tmut 3 darbiet. Biex il-Malaria tieqaf tinfirex, it-tobba ddeċidew li jamputaw idejha u saqajha. B’hekk, meta qamet mill-koma, Tatiana sfat mingħajr idejn u saqajn.
Hi issa rritornat lura l-Ingilterra, u qiegħda terġa' titgħallem tagħmel l-affarijiet bażiċi ta' kuljum, bin-nuqqasijiet li għandha. Madanakollu, Tatiana persważa li terġa' tibda tiżfen u tmur il-gym.
Facundo Arrizabalaga