Ħafna żgħażagħ u anke nies kbar fl-età jieħdu gost imorru postijiet bħal klabbs jew discos fejn ikunu jistgħu jiżfnu ma’ sħabhom u ħafna minnhom ikollhom mossi differenti ta’ żfin.

Nate, Frank u Valentina bdew jiddiskutu das-suġġett taż-żfin u anke qalu liema mossa l-aktar li jużaw meta jkunu qed jiżfnu. Ovvjament il-kritika fuq xulxin ma naqsitx! Frank qal li kien hemm żmien fejn meta kien imur jiżfen kien jagħmel mossa magħrufa bħala ‘wave’ imma issa m’għadux jagħmilha. Nate qal li hu ma jafx jiżfen u kull meta jkun x’imkien li jinbolvi ż-żfin u jkun hemm Valentina miegħu tibda titmellaħ bih. Skont Valentina, Nate jiżfen qisu seal u meta jfettillu jaqbad jgħajjat “Siiiiu” li hija l-għajta ikonika ta’ Ronaldo wara li jiskorja xi gowl.

Rossi ddeskriviet lilha qisha ħamster fuq il-Gatorade għax dejjem ikollha xi mossa differenti meta tkun qiegħda tiżfen.

nfr

Facebook / Nate Darmanin / Nate, Frank & Rossi


Henzley  Bezzina