Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Oliver Scicluna qasam kelmtejn mas-segwaċi tiegħu rigward suġġett li tajjeb li bosta minnu jifhmu l-kunċett tiegħu.
Beda billi qal, “Meta niġbed l-attenzjoni lil xi ħadd nagħmila għax irridu jkun aħjar, irridu jirrealizza li għandu potenzjal jikber. Mhux fil-karattru tiegħi nkun kattiv, imma ġieli kelli nkun iebes għal ġid ta’ dik il-persuna. Pero sfortunatament mhux għalija, iżda għal dak li jkun hemm min jintefa fuq id-difensiva u jagħlaq widnejħ, ma’ jkunx irid jisma’. Jaf jumbrak ukoll.”
Qal ukoll, “Pero jeżistu dawk li jieħdu u jevalwaw dak li tgħidilhom, jaħdmu fuq il-“feedback” u tieħu gost tarhom jikbru u jissaħħu. Ma’ jemnunix meta ngħidilom li rridhom aħjar minni. Dak is-suċċess personali, l-ebda pożizzjoni jew titlu.”
Facebook/Oliver Scicluna