Omm il-mudella Anthea Zammit, Rosanne, kitbet messaġġ mill-isbaħ fl-okkażjoni ta' għeluq sninha. Hi tiktbilha dwar kemm hi kburija bl-istilla li saret illum il-ġurnata.
Rosanne tikteb li, "It-trobbija li tajtek kienet l-aqwa ħaġa li qatt stajt nistaqsi għaliha f'din id-dinja." Anthea hi artista li minkejja kull ostaklu baqgħet għaddejja u kisbet bosta suċċessi.
"Int dejjem tidħol għal sfida u tiġri wara l-ħolm tiegħek. Nittama li din is-sena iġġiblek aktar opportunitajiet u aktar suċċessi." Xerrdet diversi ritratti mill-passat, fi ċkunita, waqt il-prestazzjoni tagħha ma' Christabelle fil-Eurovision 2018, kif ukoll l-aħħar rebħa tagħha bħala Miss Universe Malta 2020.
Awguri mill-qalb Anthea! Nixtiqulek aktar snin ta' saħħa, hena u aktar suċċessi!