Il-Membru Parlamentari Ramona Attard, permezz tal-mezzi soċjali tagħha, qasmet ritratt li ħadet ilbieraħ waqt żjara tagħha fil-campus tal-Università ta’ Malta. Din iż-żjara kienet parti minn inizjattiva sabiex titkellem dwar l-isterjotipi soċjali li għadhom jeżistu fis-soċjetà tagħna speċjalment dawk li jaffettwaw ir-rwoli tal-ġeneri.

Ramont Attard iddeskriviet l-esperjenza bħala waħda sinifikanti u qalet, "X’memorji lbieraħ fuq il-campus tal-università! Kelli konversazzjoni interessanti fuq l-isterjotipi, dawk li jaraw lil mara bħala tajba biex trabbi u lir-raġel mhux tajjeb daqsha. Meta naħdmu biex inaqqsu dawn l-isterjotipi, inkunu qed naħdmu kemm favur in-nisa kif ukoll favur l-irġiel. Iżda l-aktar importanti, inkunu qed naħdmu favur it-tfal li, fejn hu għall-ġid tagħhom, ikollhom preżenti bl-istess mod liż-żewġ ġenituri."

B’din id-dikjarazzjoni, Attard enfasizzat l-ħtieġa li nħarsu lil hinn minn perspettivi tradizzjonali u limitanti li jgħabbu lill-individwi b’aspettattivi skaduti. Hija fakkret kif dawn l-isterjotipi ma jagħmlux ħsara biss lin-nisa, li spiss jiġu meqjusa bħala l-uniċi kapaċi fil-qasam tat-trobbija – iżda wkoll lill-irġiel, li jiġu mċaħħda minn rwol ġenwin u attiv fil-ħajja tat-tfal tagħhom.

Il-messaġġ tagħha għandu messaġġ ċar u b’saħħtu, meta nikkumbattu dawn l-ideat limitanti, inkunu qegħdin nibnu soċjetà aktar ġusta u bilanċjata, fejn it-tfal jistgħu jikbru b’żewġ ġenituri preżenti, involuti u ugwalment apprezzati.

Facebook / Ramona Attard


Emil Calleja Bayliss