Il-mewta ħabta u sabta ta' Ramiro ġibdet l-attenzjoni tal-poplu. Kienet mewta tassew sfortunata, Ramiro kien sab ruħu waħdu d-dar meta ħareġ gass mill-geyser li kkawża l-mewta tiegħu.
Omm Ramiro, kienet mistiedna fuq il-programm Kuxjenza sabiex taqsam l-esperjenza tal-mewt ta' binha. Il-familji jgħaddu minn martirju kbir, iżda meta n-nies jibdew jgħidu tagħhom u saħansitra jiġġudikaw, jagħmlu l-affarijiet agħar.
Ommu tgħid, "Meta jkun hemm bniedem jiġġudika dik l-agħar li tista tagħeml ġenitur għax inti tgħix għal uliedek." Hi tgħid li semat diskors ta' "għax il-geyser kien antik," meta dan kulma kien ilu mwaħħal kienet ġimgħa.
Hi tgħid ukoll li kien hemm tieqa u bieb miftuħin beraħ. In-nies għandhom tassew joqogħdu attenti xi jgħidu.
Wieħed jista' jsegwi l-programm HAWN.