In-numru 112 jintuża meta wieħed jsib ruħu f’diffikultà, jew jara lil xi ħadd fil-bżonn ta’ għajnuna medika, iżda meta tista’ ċċempel, u x’jiġri wara? Il-paġna uffiċċjali tas-‘Saħħa’ avżat lill-pubbliku li għandu jċempel meta;

  1. Jkun hemm sitwazzjoni fejn persuni jistgħu jitilfu ħajjithom
  2. Xi ħadd ikun qiegħed jifga
  3. Xi ħadd jaqa’ u ma jkunx qed jieħu nifs
  4. Jekk tmexxi l-pazjent tweġġgħu iktar jew tweġġa’ int
  5. Ma tkunx tista’ tmur l-emerġenza minħabba li weġġajt.

Wara li ċċempel, il-ħaddiem/a ssaqsik xi mistoqsijiet biex tkun taf id-dettallji tas-sitwazzjoni. Importanti li min iċempel jibqa’ fuq il-linja. Il-karozza tar-rapid response jaf tasal qabel l-ambulanza,  u meta tasal u tittieħed l-isptar it-tobba u l-infermieri jarawk skont il-prijorità.


Nicole Zammit