Is-Sibt li għadda Charles u Ron kienu mistednin fuq il-programm Sibtek. Parti mill-intervista li għamlulhom Ryan u Josmar kienet dwar it-tieġ tagħhom.

ron
Ritratt: Facebook/Sibtek

Ron qal li hu u Charles kienu ilhom flimkien u essaċċ qatt ma tkellmu fuq li jiżżewġu. “Tant ir-relazzjoni kienet tajba kif kienet li ma kienx hemm għalfejn. Imma mbagħad meta daħlet il-liġi għidna li xorta xi ħaga sabiħa.”

Ron esprima li fl-istess ħin ma ridux li jkollhom tieġ tradizzjonali: “ridna sempliċiment ċelebrazzjoni man-nies li huma l-eqreb tagħna. Kellna DJs, ħbieb minn tagħna u kienu ġew ħafna kantanti li għamlulna sorpriża.”

Josmar qabel ħafna magħhom, u qal li “dik il-ġurnata tagħmilha għalik. Hija xi ħaġa li tirrapreżenta l-karattru tagħkom u l-ħajja tagħkom.”

Facebook/Ron van Maarschalkerweerd Borg


Nicole Barbara