Amanda Gorman, poetessa fenominali tal-eta ta’ 22 sena kif ukoll attivista, tanima poeżija tagħha stess fl-inawgurazzjoni tal-President Biden fl-Amerika.

Il-messaġġ tagħha fil-poeżija huwa l-oppost tal-vjolenza kollha li seħħet ftit tal-ġranet ilu. It-titlu tagħha huwa “The Hill We Climb”. Amanda tgħid li din il-poeżija kienet sabet diffikulta` sabiex tispiċċaha iżda wara l-atroċitajiet u l-ħajjiet li ntilfu sabet lilha nnifisha tirrikorri lejn din il-poeżija.

Il-kliem huma ta’ faraġ u tama għall-futur aħjar fejn il-poplu għandu jiffoka fuq dak li għandu komuni u mhux dak li jifirdu. Li l-poplu għandu jirrenja bil-paċi u mhux bil-vjolenza. Tgħid ukoll li hija kburija li oriġinat minn poplu li kien trattat bħala skjav u llum hi qed taqra fl-inawgurazzjoni tal-President.

Din it-tfajla tistqarr li meta kienet iżgħar kellha problema meta titkellem kienet tbati biex tippronunzja diversi konsonanti fosthom l-erre. Bdiet tippronunzja meta kellha madwar 3 snin iżda l-ħoss xorta waħda ma kienx fonetikament korrett. Il-ħolma tagħha kienet li taqra fil-pubbliku u kienet konxja li din ser itellifha fil-kwalita’ tal-animazzjoni tagħha. Iżda baqgħet tippersisti sakemm jirnexxielha tegħlibha billi tipprattika tkanta l-lirika mal-mużika.

a

Pexels, Town&Country


Rowena Calleja