Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, It-Temp Madwarna qasmu mas-segwaċi tagħhom poeżija ħelwa li kitbet Julie Bugeja hekk kif mill-ġdid Samuel ser ikompli l-paġna bl-aġġornamenti tat-temp.

Il-poeżija tibda, “Merħba lil Samuel, merħba ħbieb; Kelmtejn jien nikteb li ġew mill-ħsieb; Nofsinhar jew Tramuntana; Nilqgħuk ferħana lura magħna.”

Tkompli, “Nistennew l-aġġornamenti; Tbassir tat-temp b'mod effiċjenti; Iżda mhux biss previżjoni; Saħansitra informazzjoni.”

Kif ukoll, “Grieg il-Lvant, Punent Majjistru; Sajjetti u xita l-art imissu; Baħar qawwi kien f'xi moment; Ningħaqdu kollha kontra l-kurrent.”

Merħba lura lil Samuel u nirringrazzjawh mill-qalb tat-tbassir effiċjenti li jtina ta’ kuljum!


Charlton Cefai