Is-somom jew il-matematika żgur li jibqa' suġġett li ma ninsew qatt! Suġġett li kien forsi wieħed mill-aktar li jikkawża stress u uġigħ ta' ras, għax intant ħafna drabi trid issolvi somom diffiċli u kkumplikati. Joe Demicoli għal darb'oħra sab oġġett minn snin ilu li jġiblu ħafna memorji fi żmien l-iskola meta kien jistudja l-matematika.

Joe jikteb dwar kemm ma kienx suġġett li jħobb il-matematika u jitfa' ritratt ta' kalkolatur li kien juża fi tfulitu. "Memorji...48 sena u għadu jaħdem! Tant kont tajjeb fil-matematika li fl-eżami tal-aħħar tas-sena gibt 5 minn 100... Ġenju matematiku. Ifakkarni fl-għalliem Felix Scotto (R.I.P.) li vera kien ġenju fis-somom..."

Għandkom xi għodda bħal din minn snin ilu li għadha għandkom u għadha taħdem?


Kyle Zarb