Joseph Xerri hu wieħed mis-sitt membri ta’ The Travellers. Xogħol Joseph huwa ta’ disinjatur grafiku fl-industrija tal-iGaming. Ilbieraħ waqt l-iGaming Awards, Joseph kiseb il-premju tal-iGaming Idol 2019!

View this post on Instagram

A post shared by Joseph Xerri (@joseph_xerri) on

F’post fuq il-midja soċjali tiegħu, Joseph jikteb li ilu jaħdem fil-qasam tal-iGaming għal dawn l-aħħar sitt snin. Huwa jikteb li l-għan tiegħu f’xogħlu dejjem kien li jikkrea stampi li jolqtu għajnejn l-udjenza tagħhom. Xogħlu joffri lil diversi ditti sabiex jispikkaw mill-bqija.

Joseph jikteb li bl-għajnuna tat-tim kollu, l-esperjenza tiegħu bħala disinjatur grafiku hija waħda indimentikabbli! L-esperjenza tiegħu ma’ din il-kumpanja, għenitu jwessa’ l-għarfien tiegħu f’dan il-qasam.

View this post on Instagram

A post shared by Joseph Xerri (@joseph_xerri) on

Joseph irringrazzja lil dawk il-persuni kollha, li b’xi mod jew ieħor għenuh isir id-dinisjatur grafiku li hu llum. Ħafna nies emmnu fil-passjoni li għandu għad-disinjar u kienu dejjem hemmhekk jissapportjawh!

Mingħajr dubju, dan il-premju jixhed it-talent kbir li għandu Joseph! Jekk taħdem għal xi ħaġa, żgur li xi darba jirnexxielek tasal fejn tixtieq! It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jgħid prosit kbira lil Joseph ta’ dan il-premju hekk prestiġjuż!

Instagram / @joseph_xerri


Yasmin Camilleri