Ilbieraħ, fuq il-profil ta’ Instagram tagħha, Melanie Kelly tefgħet filmat fejn għal darb’oħra uriet l-umanità tagħha. Għal min ma jafx, Melanie bħalissa għaddejja minn proċess ta’ separazzjoni.

Hi tkellmet ħafna dwar l-effett tas-separazzjoni fuq it-tifel tagħha. “It-tifel kien qed jibki għax mar l-iskola u mhux se jerġa jiġi hawnhekk [id-dar li kellhom].”

Żiedet tgħid ukoll li hi tħoss li xi kultant ħafna ġenituri ma jatux spazju lit-tfal biex iħossu d-dwejjaq u l-emozzjonijiet negattivi. Minflok, qalet li “nippruvaw inferrħuhom u ngħidulhom li kollox se jkun aħjar… Meta t-tifel beda jibki dalgħodu ikkonsolajtu.”

View this post on Instagram

And I whispered in his ears ... ‘I love you .... always and foreve ❤️’

A post shared by Melanie Kelly (@with_melaniekelly) on

Wieħed mill-aqwa messaġġi ta’ Melanie kien dan:

“Għal min hu għaddej mill-istess ħaġa bħali, it-tfal huma prijorità. Jekk qegħdin tiġġieldu tħallux it-tfal isiru l-arma li biha targumentaw. Fl-aħħar mill-aħħar qed tkun qed tissepara għalik. Jien kieku ssaqsih lit-tifel tiegħi jippreferi li ommu u missieru għadhom flimkien.”

View this post on Instagram

A post shared by Melanie Kelly (@with_melaniekelly) on

Personalment naħseb li Melanie mara kurġġuża ħafna. Għalkemm għaddejja minn żmien ta’ uġigħ emozzjonali, dejjem tipprova taħseb f’ħaddieħor u taqsam xi pariri ma’ kull min isegwiha. It-tifel tagħha sab xortih, għax għandu omm li teduka ruħha u tagħmel sforz biex  jiġri x’jiġri, tgħix ħajjitha b’mod pożittiv. Ħafna nies m’humiex kapaċi jagħmluha din…

Instagram/Melanie Kelly


Nicole Barbara