Il-Mediterrane Film Festival huwa avveniment annwali li jiċċelebra l-istejjer, it-talenti u l-kulturi diversi minn disa’ pajjiżi tal-Mediterran. Il-festival għandu l-għan li jrawwem kollaborazzjoni, tkabbir, u opportunità għall-produtturi tal-films filwaqt li jippromwovi l-wirt kulturali għani ta’ Malta u r-rwol tagħha bħala hub tal-films ta’ klassi dinjija. L-ewwel edizzjoni tal-Mediterrane film Festival se ssir bejn il-25 u t-30 ta’ Ġunju f’Malta. Waqt briefing internazzjonali tas-76 Festival tal-Films ta’ Cannes, il- Kummissarju tal-Films ta’ Malta Johann Grech ħabbar aktar dettalji dwar il-Mediterrane film Festival filwaqt li introduċa d-disa’ individwi distinti li se jservu fil-ġurija ewlenija. Wieħed minnhom hu Adrian Wootton OBE, CEO ta’ Film London u l-British Film Commission li ħa jservi bħala l-kap tal-ġurija, filwaqt li l-oħrajn huma dawn:

  • Zlatko Burić mill-Kroazja - Attur rebbieħ (l-Aħjar Attur fil-Premjijiet tal-Films Ewropej għat-Triangle of Sadness ta’ Ruben Östlund)
  • Tonia Mishiali minn Ċipru - Kittieba, direttur, produttur u membru tal-Akkademji tal-Films Elleniċi u Ewropej (EFA) u tan-Netwerk Awdjoviżiv tan-Nisa Ewropej
  • Vahina Giocante minn Franza - attriċi u direttriċi
  • Amanda Livanou mill-Greċja - Produttriċi u membru tal-EFA, Sundance Institute Alumni; eks-bord tad-Diretturi tal-Akkademja tal- Films Elleniċi
  • Boris Sollazzo mill-Italja - Kritiku tal-films u ġurnalist: Viċi Direttur, Hollywood Reporter Italja
  • Mario Azzopardi minn Malta Analista u kritiku tal-films
  • José Vieira Mendes mill-Portugall - Ġurnalist, kritiku tal-films, programmatur tal-films u membru tal-Akkademja tal-Films Portugiża
  • Tina Poglajen mill-Islovenja - Kritiku tal-films u ġurnalista
  • Carlos Reviriego minn Spanja - Direttur u kritiku tal-ipprogrammar tal-films: El Cultural.

Barra minn hekk, Johann Grech żvela d-disa’ films magħżula. Dawn se jkunu f’kompetizzjoni għall- premjijiet li jiġu ppreżentati waqt iċ-ċerimonja tal-għeluq tal-festival kif ukoll ikunu aċċessibbli għall- pubbliku. L-għażla tinkludi sottomissjonijiet uffiċjali tal-Accadamy Awards fil-kategorija tal-Films Internazzjonali, u l-aqwa selezzjonijiet ta’ films kontemporanji.

Johann Grech qal, "Kburin li se nippreżentaw vetrina daqshekk diversa u qawwija taċ-ċinema Mediterranja fil-Mediterrane Film Festival. L-Għan tagħna huwa li nrawmu l-kollaborazzjoni man-nazzjonijiet MED9. Għalkemm aħna disa' nazzjonijiet differenti, flimkien aħna akbar. Huwa wkoll unur li jkollna lis-Sur Wootton bħala l-kap tal-ġurija tagħna. Il-kompetenza kollettiva tagħhom bla dubju se tkompli televa l-festival."

Adrian Wootton OBE żied jgħid, "Ninsab kuntent li nservi bħala l-kap tal-ġurija għall-Mediterrane Film Festival. Il-films magħżula jirrappreżentaw il-vitalità u d-diversità taċ-ċinema Mediterranja. Din il-kollaborazzjoni tenfasizza s-sħubija kontinwa bejn il-Kummissjoni tal-Films Brittaniċi, u l- Kummissjoni Maltija tal-Films."

Il-Ministru tat-Turiżmu ta' Malta, Clayton Bartolo, esprima wkoll l-appoġġ tiegħu: "Il-Mediterrane Film Festival għandu jerġa' jsaħħaħ il-kunċett li Malta hija l-post tal-opportunitajiet. Dan il-festival huwa xhieda tar-rikkezza u d-diversità kulturali li għandu x'joffri r-reġjun tagħna. "

Il-festival jilqa’ dilettanti tal-films, stampa internazzjonali u professjonisti tal-industrija biex jingħaqdu għal vjaġġ ċinematiku uniku u konvinċenti.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur mediterrane.com


Gwida.mt