Għadhom kif tħabbru r-riżultati tan-nominazzjonijiet ta' Big Brother Malta fejn jidher li l-parteċipanti Dwayne u Matthias ġew l-iktar ivvutati mir-residenti sabiex jitkeċċew.
Madankollu, kull ġimgħa jista' jitkeċċa biss parteċipant wieħed u għalhekk il-poplu ġie mitlub jivvota liema minn fost dawn iż-żewġ parteċipanti għandu jiġi mkeċċi.
Dan filwaqt li Raisa ġiet protetta minn din il-fażi ta' eliminazzjoni bħala l-Head of House, filwaqt li r-residenti Josline u Donna ma ġew nominati minn ħadd għat-tkeċċija.
Intom lil min tixtiequ li jiġi eliminat?
Ritratti: Facebook / Big Brother Malta