L-attur Matthew Sant Sultana ser ikun qed jagħmel id-debutt tiegħu fl-ispettaklu komiku annwali Bla Kondixin.

Bla Kondixin beda lura fis-sena 2000, u matul is-snin kellhom udjenza totali ta’ kważi 600,000, b’60 karattru ġdid f'6 snin. Qisu n-numru 6 huwa sinonimu ma’ dan l-ispettaklu!

Din is-sena Bla Kondixin ser isir fuq medda ta’ 3 ġimgħat bejn Ottubru u l-bidu ta’ Novembru.

Matthew huwa l-aktar popolari għall-karattri li jinterpreta fuq Min Imissu?!

Ftit tal-jiem ilu, hekk kif xerred il-filmat promozzjonali ta' Min Imissu?!, Matthew semma li rnexxilhom jiġbdu 13-il episodju f'temp ta' xahar! Dawn ser jidhru fuq medda ta' 3 xhur. Hu jgħid li kien xahar mimli provi, dedikazzjoni u daħk, b'tim mimli talent.


Luke Borg