Il-preżentatur Matthew Sant Sultana għadu kemm ta żewġ aħbarijiet mill-isbaħ lis-segwaċi u telespettaturi tal-programm tiegħu Mhux Kemm Taf! Fil-fatt għadu kif kiteb fuq il-paġna tiegħu li l-programm ser jerġa' lura fl-iskeda li jmiss... b'differenza!

"Wara hafna hidma,diskussjonijiet u thabbil il-mohh... Bi pjacir u entuzjazmu kbir inhabbar li Mhux Kemm Taf se jkompli b'Verzjoni daqsxejn aktar Modifikata" 

Matthew ħabbar ukoll li għall-programm ser ikun hemm in-nies jilagħbu kontra xulxin! "Ahbar ohra sabiha ,wara ma nafx kemm saqsewni nies biex jigu jilghabu fuq il-program, mill-iskeda li jmiss Dan ha jsehh!!"

Tista' tieħu sehem fil-programm billi tibgħat messaġġ privat dirett lil Matthew Sant Sultana!


Kyle Zarb