Matteo Bocelli, it-tifel tat-tenur tant popolari Andrea Bocelli, bħalissa jinsab ġewwa pajjiżna.

Waqt intervista ma’ TVM, Bocelli qal li din hija t-tieni darba tiegħu li kien qed iżur Malta. Qal ukoll li żar diversi postijiet bħall-Belt Valletta, l-Imdina u Marsaxlokk.

Bocelli żvela li huwa jinsab ġewwa Malta sabiex jiġbed l-ewwel filmat mużikali tiegħu. Huwa żied jgħid li jinsab verament kuntent, sodisfatt u eċitat li Malta qed isservi ta’ sfond għall-filmat mużikali tiegħu.

matteo b


Henzley  Bezzina