Propjament illum hija l-ġurnata meta jingħata bidu għaċ-ċelebrazzjon tal-Karnival Malti kif ukoll karnivalijiet oħra madwar id-dinja. Il-ġurnata tal-lum tissejjaħ 'Giovedi Grasso'. Din it-tradizzjoni tmur lura għal żmien l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann tant li sal-lum, għadna naraw il-parata, żifna jew il-ġlieda li ssir bħala żifna bejn it-tfal lebsin ta' kavallieri u dawk lebsin ta' Torok.
Il-Karnival inħoloq bħala festa ta' kuluri u ċajt bl-iskop li qabel jibda r-Randan, jittiekol il-ħelu u l-laħam bla rażan. Diversi anedoti u kitbiet, kif ukoll kanzunetti nkitbu mas-snin bl-aktar innu li jibqa' popolari fi żmienna huwa 'Wasal iż-Żmien Mistenni minn kulħadd!' fuq kliem ta' Johnny Catania u mużika ta' Jimmy Dowling.
Dan l-aħħar daħlet tradizzjoni sabiħa li l-irħula Maltin u Għawdxin ukoll bdew jiċċelebraw il-karnival tagħhom bil-kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali. Karnivali oħra popolari f'pajjiżna jibqa' dak tan-Nadur f'Għawdex li jara eluf ta' Maltin u tursiti jżuruh ta' kull sena. Hemm ukoll il-karnival spontanju ta' Ħal Għaxaq li wkoll huwa antik fit-tradizzjoni tiegħu.
Inti tħobbu l-karnival? Għidulna ta' xhiex ser tilbsu!
Ritratt/ Filmat: Facebook/ Karnival ta' Malta