Kif qed tħossok fuq il-fatt li Fr. Rene qed jagħti daqshekk enerġija fuq il-każ tiegħek?
Qatt ma bsart li jista’ jeżisti persuna hemm barra li jimpurtah minni għal fatt li qas ommi stess li ġabitni fid-dinja qatt ma mpurtaha minni, aħseb u ara bniedem li qas biss jafni.
Taħseb li għad tasal il-ġurnata li toħroġ minn Division 7?
Le, ma naħsibx li għad qatt tasal… nixtieq ova u qas naf x’nasal nagħmel jekk inkun hemm barra. Jien m’għandi lil ħadd u ma nixtieqx naħseb fuqha.
Kieku kellek verament tiġi liberata, x’timmisja l-aktar f’Division 7?
Onestament dawk huma l-familja tiegħi, hux. Nimmisja lil sħabi Tereż u kollha kemm huma.
Illejla programm ieħor ta’ Division 7 se jkun qed jintwera fid-9:00pm fuq ONE.
Facebook/Division 7