Żewġ kantanti li m’għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni fix-xena lokali tal-mużika, ikkollaboraw flimkien għall-kanzunetta dwar il-belt kapitali ta’ Malta; il-Belt Valletta, u l-Beltin. 

Dawn m'huma ħadd ħlief Mary Spiteri, imlaqqma ‘Ir-Reġina tal-Kanzunetta Maltija” li kkwalifikat fit-tielet post fil-Eurovision Song Contest tal-1992  u Ludwig Galea, li minbarra suċċessi oħra, irrappreżenta lil Malta flimkien ma’ Julie Zahra fil-Eurovision Song Contest 2004 bil-kanzunetta magħrufa, ‘On Again...Off Again.’

Il-kanzunetta, miktuba minn George Peresso, bil-mużika ta’ Ludwig Galea stess, tnediet ilbieraħ filgħaxija quddiem il-Biblijoteka Nazzjonali, fil-Belt u nibtet fuq l-inizjattiva tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. 

Jason Micallef kiteb dwar dan. "Valletta hi kanzunetta li rat id-dawl permezz tal-kitba poetika tal-maghruf George Peresso, li b'kumbinazzjoni, wara li kitibha, stqarr privatament ma Ludwig Galea kemm xtaq jghaddiha lil xi hadd u ssir kanzunetta."

Ludwig fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu kiteb li din il-kanzunetta hija “proġett li beda waqt il-pandemija, u llum inħossni tassew onorat li se jkun fuq livell nazzjonali!” 

Prosit kbira liż-żewġ kantanti u lil dawk kollha li kienu involuti fil-produzzjoni ta' din il-kanzunetta. Ismagħha fil-filmat hawn taħt.


Kyle Zarb