Grupp ta' kantanti Maltin għadhom kif spiċċaw l-avventura tagħhom ġewwa San Beneditto Del Tronto l-Italja. Is-sitt kantanti Malti ħarġu bl-unuri hekk kif kollha ħa jinżlu lura bi premju. Dawn huma kif klassifikaw fil-kategoriji rispettivi tagħhom:

  • Katryce Grixti - L-Ewwel Post
  • Keyana Brydon - It-Tieni Post
  • Jade Spiteri - It-Tielet Post
  • Amy Jones - Premju Speċjali
  • Chanel Monseigneur - L-Ewwel Post

Ritratt: Facebook / Erseb Productions

Ir-rebbieħa tal-World Talent Contest ma kienet ħadd ħlief il-Maltija Martina Cutajar, li ftit tal-ġimgħat ilu spiċċat fit-tielet post fis-selezzjoni tal-Malta Junior Eurovision Song Contest. Il-Maltija kantant il-kanzunetti Dynasty u Bird Set Free.

Żewġ kanzunetti li bihom impressjonat lill-ġurija ta' dan il-konkors. F'kumment esklussiv ma' Gwida.mt, Martina qaltilna li: "Kienet esperjenza sabiħa ġewwa l-Italja, nixtieq nifraħ lil Maltin kollha li ħadu sehem. Ninsab kuntenta u kburija ħafna li rnexxieli nirbaħ il-Grand Prix minn aktar minn 200 parteċipant."

Ritratt: Facebook / Martina Cutajar

Żgur li suċċess kbir għal kantanta Maltija. Tajjeb li ngħidu wkoll li il-grupp Malti kien immexxi minn Erika Said f'isem Erseb Productions li jorganizzaw numru ta' konkorsi f'pajjiżna, b'diversi opportunitajiet għal kantanti lokali! 

Aħna f'isem Gwida.mt nieħdu l-opportunità nifirħu lil Martina Cutajar u l-Maltin kollha l-oħra għal dan is-suċċess li kisbu barra minn xtutna. Ir-rebħa ta' Martina fost dawk il-parteċipanti kollha żgur li kienet waħda speċjali ferm. Awguri għal aktar suċċess fil-futur!

Ritratt: Facebook / Martina Cutajar


Emil Calleja Bayliss