Martha Urpani hija mudella Maltija ta’ 18-il sena li ħadet sehem fil-kompetizzjoni Miss Top Model of the Universe, u ġiet fit-tielet post. Martha kienet l-ewwel Maltija li ħadet sehem f’din il-kompetizzjoni li saret ġewwa Kosovo. Hi ilha timmuddella għal dawn l-aħħar 12-il sena, u sabet il-passjoni tagħha propjament fl-immudellar. Il-kompetizzjoni seħħet bejn is-7 u 13 t’Awwissu, u l-finali seħħ fit-12 t’Awwissu. Din kienet ir-raba’ darba li din il-kompetizzjoni seħħet.
“Verament kuntenta bis-suċċess li għamilt! Grata ħafna għal dawk kollha li għenuni. Ma stajtx nagħmel dan is-suċċess mingħajrhom” kitbet Martha fuq il-paġna uffiċjali tagħha ta’ Facebook.