Fuq wieħed mill-programmi ta’ Prime Time, li jiġi ppreżentat minn Owen Bonnici, wieħed mill-mistednin kien il-ġurnalista Mark Lawrence Zammit flimkien ma’ Rebecca Dimech.

B’xi mod id-diskors waqa’ fuq il-ħarqa. Meta Owen staqsih dwar meta qata’ l-ħarqa, hu wieġbu li qatagħha kmieni biżżejjed li ma jiftakarx meta.

Iżda hawnhekk meta l-konverżazzjoni ġiet interessanti, għax Owen qallu “Kun onest - minn kemm ilek adult, waqt li tkun rieqed, ġieli ħarbitlek?”

Mark infaqa’ jidħak u qal “X’ħarabli propja?” “Tagħmel taħtek hux, tagħmel pipi taħtek waqt ir-raqda” qabeż Owen.

“Ħarbuli affarijiet Owen, imma mhux dak it-tip!” Intervista oriġinali kienet ħa ngħidlek! Intom ġieli ħarbitilkom xi waħda?!

Facebook/Mark Lawrence Zammit


Nicole Barbara