Mark Doneo lbieraħ b'filmat fuq il-profil ta' Facebook ħabbar li għal xi raġuni mhux magħrufa l-paġna tal-film The Weeping House of Qala ġiet magħluqa minn naħa ta' Facebook. Huma ġew informati dwar dan u qed jappellaw din id-deċiżjoni, iżda hemm proċess sħiħ li wieħed irrid jgħaddi minnu.
Mark instema' irrabjat b'dan kollu imma assigura lil kulħadd li l-film xorta għadu ħa jsir, kollox normali għadu għaddej. Hu għamel dan il-messaġġ biex jassigura lil dawk kollha li kienu qed isegwu din il-paġna, kif ukoll lil ħbieb tiegħu li kollox għadu miexi b'ritmu normali u wieħed jista' jaqta' l-biljetti għal dan il-film ambjentat ġewwa Għawdex.
Mark flimkien mat-tim tiegħu preżentaw il-film ġewwa l-Brażil aktar kmieni din il-ġimgħa, hu qal ukoll li l-film ħa jmur ukoll l-Indja. B'ċajta fuq filmat ieħor jgħid li l-film qed jiġri aktar minnu imma ħerqan biex jara kif ħa tkun ir-reazzjoni tal-Maltin għal dan il-film.
F'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Mark u lit-tim tiegħu l-aqwa suċċess għal dan il-film. Inħeġġu lil Maltin jissaportjaw il-prodott lokali bħal dejjem, mhux biss għax Malti imma għax tajjeb u l-fatt li qed iddur madwar id-dinja żgur li hu xhieda ta' dan kollu!
Facebook / Mark Doneo