Mark Doneo aktar kmieni dalgħodu ħa lil missieru jagħti d-demm u Mark insista ma' missieru li jibqa' hemm miegħu, għalkemm missieru qalu li m'hemmx bżonn jistennieh. Sakemm Mark mar jistenna barra jilmaħ xwejjaħ ferħan li donnu fil-ferħ tiegħu jew nesa dwar il-miżuri li huma imposti bħalissa jew inkella ma kienx jaf aħjar.

Wara li mess lil żewġt iħbieb tiegħu li dawn mil-ewwel inġibdu imma hu ma tantx induna, Mark rah riesaq lejh u rnexiellu jersaq fil-ħin. Mark induna li kien mal-poġġaman u b'hekk ir-raġel kien miexi fid-direzzjoni tiegħu.

Mark jirrakkonta, "'Grazzi,' qalli minn taħt il-maskra. Veru raġel ħelu. Anka oħtu jew il-mara, tbissmitli ukoll. 'Bonġu,' għidtilom, 'moħħok hemm...' 'Bonġu,' qalli lura. U taptapli fuq idi l-leminija!" Mark ftakar li qabel telaq mid-dar aktar kmieni filgħodu, Louise kienet insistiet miegħu li jieħu l-handsanitizer u mnalla għax ġie bżonnu.

"Ħlejt 3 kwarti minnu s-sanitizer, nogħrok", spiċċa jgħid Mark.


Emil Calleja Bayliss