Mario Micallef bħalissa għaddej jiffilmja L-Ispettur Bonnici, trioloġija li rajnieha fuq il-palk ġewwa t-Teatru Manoel, ħareġ il-ktieb tagħha u issa ħa narawha wkoll fuq it-televiżjoni!

Ritratt: Facebook / Mario Azzopardi

Aħna ftit tal-jiem ilu kellna ċ-ċans li nitkellmu ma' Mario Micallef fejn irrakontalna storja li ġrat ftit tas-snin ilu! Jidher li ma kellux inċident wieħed fuq il-palk, imma kellu bosta. Forsi mhux kollha serji, imma kellu dawk daħak bihom ukoll!

Mario qalilna, "Inċidenti fuq il-palk iva, sfortunatament kelli xi ftit; kemm serji, kif ukoll oħrajn komiċi ukoll. Biss, inċident serju li nibqa’ niftakar kien meta waqt id-dramm tal-passjoni, li konna nagħmlu fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira fil-Knisja tal-Karmnu l-Belt, fejn jien kont ninterpreta l-parti ta’ Ġesù."

Ritratt: Facebook / Mario Azzopardi

Hu jkompli jgħid: "Kienu bi sfortuna li kisruli subgħajja ta’ jdejja meta kienu qed isalbuni. Id-daqqa tal-mazza, flok niżlet fuq is-salib, niżlet fuq subgħajja. Niftakar li l-play kienet waqfet għal ftit tal-ħin peress li kien ħassni ħażin. Imma meta stejqirt, insistejt li nkomplieha sa l-aħħar."

Naħseb dakinhar Mario verament ra l-passjoni, imma juri l-professjonalità tiegħu ta' attur! Għalkemm ġara li ġara, kompla qisu xejn mhu xejn! Mhux faċli żgur, speċjalment meta jiġrilek xi ħaġa serja bħal ma kien ġralu Mario!

Ritratt: Facebook / Mario Azzopardi


Emil Calleja Bayliss