L-atturi Mario u Nathalie Micallef żgur li wiċċ familjar ma' ħafna telespettaturi u dalwaqt ħa nerġgħu naraw lil Mario f'parti prinċipali fuq sensiela lokali fuq it-televixin. Iżda tajjeb li nfakkru li bħalissa qed narawh ukoll fis-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba. Aħna ħadna l-opportunità li nitkellmu ftit miegħu u staqsejnieh ftit dwaru u dwar Nathalie. Is-sena 2020 ħa tkun waħda speċjali għal din il-koppja.
Ritratt: Facebook / Mario Micallef
Mario jiżvelalna għaliex għandha sinifikat partikolari is-sena 2020. Iż-żewġ atturi insertaw mill-Belt u donnu li kellhom ikunu ta' xulxin, qed ngħidu hekk għax Mario ma kienx interessat li joħroġ ma' Nathalie fil-bidu imma kien xeħet ħarstu fuq xi ħadd ieħor mill-familja tal-mara tiegħu.
Meta kont żgħir diġà kont taf lil mara tiegħek u kontu tilgħabu flimkien. Tiftakar xi episodju? Kif kontu daqshekk close?
Peress li jien u Nathalie t-tnejn mill-Belt, meta konna żgħar il-ġenituri tagħna, bħal ħafna ġenituri oħra mill-Belt, kienu joħduna l-Barrakka ta’ Fuq biex noqogħdu nilagħbu hemm, u naturalment, konna nkunu ħafna tfal nilagħbu flimkien. Iva, nimmaġina li min jaf kemm lgħabt ma' Nathalie mingħajr ma naf. Il-ġenituri tagħna kienu joqogħdu fuq bank jitkelmu bejnietom.
Ritratt: Facebook / Mario Micallef
Kif iltqajtu mbagħad? U kif proponejt?
Iltqajna kien b’kumbinazzjoni, għax jien u Nathalie konna naħdmu flimkien fl-istess ażjenda fil-Belt stess. Flimkien ma' Nathalie kien hemm ukoll taħdem oħtha, u hemm sirna nafu lil xulxin. Interessanti l-fatt li jien proprjament kont ridt noħroġ ma' oħt Nathalie, imma kuġinuha, li kien jaħdem hemm ukoll, meta tlabtu biex jirranġali ‘date’ ma' oħtha, hu irranġali ‘date’ ma' Nathalie. Li ġara kien li peress li oħtha kellha diġà għarus, hu ħaseb li jien kont għidtlu għal Nathalie. Jien ma kontx naf li oħtha għamdha għarus. Insomma kif jgħidu, kull deni ħudu b’ġid, għax jekk Alla jrid, din is-sena nagħlqu 50 sena miżżewġin.
Facebook / Mario Micallef