Fit-tieni parti tal-intervista tiegħu ma’ Gwida.mt, Mario Gatt ħa angolu naqra iżjed professjonali hekk kif qasam l-opinjoni tiegħu dwar l-iżball li jaħseb li qed isir illum waqt il-produzzjoni tal-programmi Maltin.
Qal kif kontra qabel, illum il-ġurnata qed isiru ħafna produzzjonijiet u qed ikun hawn domanda kbira għall-atturi. “L-iżball kardinali li qiegħed isir huwa li ħafna mill-atturi li qed naraw fuq it-T.V. ma jkunux esperjenzaw il-palk.”
Ritratt: Facebook/Klassi Għalina
“Ħdimt ħafna mal-atturi li għadhom jibdew. Meta nsaqsihom ‘ħdimt palk?’ ħafna drabi r-risposta tkun ‘le’.
Mario kompla jenfasizza kif il-palk għandu jkun ta’ priorità għall-atturi l-ġodda.
Għal Mario, il-vanġelu tal-palk hu li kwalunkwe attur - kemm dak li għadu jibda u dak li ilu 50 sena jirreċta - “jibqa’ saqajh mal-art, miftuħ għat-tagħlim u l-esperjenzi li t-teatru jew it-televiżjoni jġibu magħhom.”
Ritratt: Facebook/Klassi Għalina
Aħna f’isem it-tim tal-Gwida kollu nixtiequ nirringrazzjaw lil Mario tal-ħin tiegħu. Awguri għal-aktar suċċessi Mario!
Mario Gatt