Il-kantanta Marilena Gauci hija persuna pożittiva ħafna! Però hija ma żżommx din il-pożittività għaliha biss, iżda tiddeċiedi li taqsamha mal-oħrajn! Fil-fatt fuq il-midja soċjali tagħha ttella’ diversi kwotazzjonijiet pożittivi, li jqawwu qalb kull min jaqrahom!

Ilbieraħ Marilena qasmet kwotazzjoni ħelwa mas-segwaċi tagħha. Din il-kwotazzjoni ġġiegħlek tirrifletti fuq fejn qiegħda fil-ħajja bħala persuna. Għandna niffokaw fuq dak li verament huwa importanti! Dan għandna naħdmu fuqu sakemm inkunu sodisfatti bir-riżultat finali!

F’diversi kwotazzjonijiet li Marilena taqsam mas-segwaċi tagħha tgħid kemm hu importanti li nitbissmu! Kemm hemm raġunijiet għalxiex għandna nitbissmu kuljum! Tgħid li dejjem għandna nkunu għaqlin biżżejjed li nagħżlu tbissima, li tagħmlek persuna umli!

View this post on Instagram

A post shared by MARILENA✨ (@marilenagauci) on

Dawn il-kwotazzjonijiet jixhdu kemm Marilena hija persuna pożittiva, tħobb tferraħ lin-nies ta' madwarha u kapaċi tara t-tajjeb f'kulħadd! It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jirringrazzja lil Marilena ta’ din il-kuxjenza pożittiva li qed toħloq! Ninsabu ċerti li qed tagħmel differenza f’ħajjet il-qarrejja ta’ dawn il-kwotazzjonijiet!

Instagram / @marilenagauci


Yasmin Camilleri