Jgħidu li l-aqwa ħabib tal-bniedem huwa l-kelb. Fil-każ tal-Kompożitur u preżentatur Andrew Zahra, huwa Joe l-pappagall l-aqwa ħabib. Wara erbat ijiem ma jiflaħx, Andrew sostna li Joey ma ħallieh qatt waħdu. Xi ħlew! L-annimali verament fihom l-hena u jtuk imħabba bla qies.
Ritratt: Facebook/ Andrew Zahra
Andrew apparti li jħobb il-mużika, fejn bħal oħtu Julie Zahra ilhom f'din ix-xena għal bosta snin, huwa wkoll il-preżentatur tal-programm F'Minuta fuq FLiving fejn ta' kuljum jagħti tagħrif interessanti lit-telespettaturi fuq suġġetti varji f'ħinijiet differenti. Nispera li tinsab aħjar issa Andrew. Minn Gwida, nawgurawlek fejqan ta' malajr.
Ritratt: Facebook/ Andrew Zahra