Il-kantanta lokali Mariah Gerada, li forsi wħud jiftakruha minn fuq X Factor Malta, tniedi l-ewwel single tagħha bl-isem ta' Ciao Bella.

Il-kanzunetta fiha messaġġ qawwi dwar l-imħabba lejna nfusna u l-importanza li tibqa' leali lejn dak li int tassew, tħeġġeġ lil dawk li jisimgħuha biex joħorġu minn relazzjonijiet tossiċi u jgħidu ciao bil-kwiet minflok jibqgħu f’sitwazzjonijiet diffiċli.

Il-lirika tagħti kuraġġ biex tieħu pjaċir fil-ħajja, tidderieġi ħajtek b’mod liberu, u żżomm il-ferħ f'qalbek. Mariah tgħidilna, Ciao Bella nkitbet kompletament minn Matthew Mercieca magħruf aħjar bħala l-Muxu, li huwa wkoll il-mentor tagħha u figura li m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni fix-xena mużikali Maltija.

Mariah tgħidilna, "Il-Muxu huwa ta' ispirazzjoni għalija għax jemmen ħafna fil-potenzjal tiegħi u dejjem wassalni biex nemmen aktar fija nnifsi. Din il-kanzunetta hija frott tax-xogħol kontinwu imma wkoll ta' sodisfazzjon kbir għalija."


Emil Calleja Bayliss