Margaret Agius li ħafna jiftakru bħala attriċi kienet il-mistiedna ta' Owen Bonnici fuq Prime Time. Fatt kurjuż li forsi ftit kienu jafu li Margaret twieldet ġewwa l-Awstralja, fuq il-Great Barrier Reef biex inkunu eżatti u ġiet Malta ta' 7 snin.

Hi tgħid li hi tifla tal-kampanja minħabba li kemm fl-Awstralja u anke f'Malta, kienet tgħix fil-kampanja. F'Malta kienet toqgħod proprju ġewwa l-mitħna fit-tarf tal-Mosta. Il-mitħna kienet l-ispirazzjoni għal ktieb ta' poeżiji li ħarġet mill-pinna tagħha u ta' ħutha s-subien li llum m'għadhomx magħna.

Margaret tiftaħ qalbha dwar dak li għaddejja minnu bħalissa fejn qed tiġġieled il-marda tal-kanċer. Hi tgħid li l-immunità tagħha qatt ma kienet tajba allura tista' timmaġina li tkun ta' problema kbira li kieku tiddeċiedi li tibda l-kimoterapija, b'hekk mhux ċerta dwar dan. 

Il-kanċer ta' Margaret jinstab fir-raba' stadju. Tgħid li fil-bidu ħadet kura naturali biss, imma issa qed tieħu kura konvenzjonali.  Hi ddeċidiet li tibda tikteb ktieb bl-isem ta' In Your Embrace biex taqsam l-esperjenza tagħha. 


Emil Calleja Bayliss