Wara li l-12-il edizzjoni tal-avventura HazZzard – The Quest, li xxandret fuq TVM, waslet fi tmiemha, ġie mħabbar ir-rebbieħ tal-programm, li din is-sena ħa l-parteċipanti fil-Mongolja, f’nofs il-kontinent Asjatiku. Il-finalisti ta' din l-edizzjoni kienu Monalisa, Kevin u Marcellino.
Ir-rebbieħ ta’ din l-edizzjoni hu Marcellino Bondin, li kiseb din ir-rebħa wara li ċ-ċavetta bin-numru 21, li kellu f’idejh, fetħet it-teżor. Bħal f’edizzjonijiet preċedenti, HazZzard għażel destinazzjoni affaxxinanti, fejn ħa lill-parteċipanti fuq avventura unika fl-isbaħ postijiet tal-Mongolja.
It-telespettaturi li segwew kellhom iċ-ċans igawdu kull mument ta’ dan il-vjaġġ permezz ta’ xenarji spettakolari u panoramiċi li l-programm irnexxielu jxandar fuq episodju.
Minn Ottubru sa Diċembru 2025, HazZzard – The Quest se jirritorna fuq l-iskrins għal sensiela oħra. Dawk interessati li jieħdu sehem jistgħu japplikaw issa billi jibagħtu messaġġ privat fuq il-paġna uffiċjali tal-programm fuq Facebook.
Titħajjar?