Marc Edward Pace Portanier ħalla x-xogħol tiegħu u mar barra minn xtutna sabiex jgħin lil dawk fil-bżonn f’dawn iż-żminijiet ibsin tal-gwerra. “Flimkien ma’ InNeed ser nerġgħu immorru fuq il-fruntieri u nwasslu l-għajnuna lill-dawk in-naħat li għadhom kif ġew liberati” kiteb bħala aġġornament fuq il-vjaċċ tiegħu fuq il-midja soċjali.

Marc qatta’ wkoll xi żmien il-Polonja, jgħin lir-refuġjati bil-loġistika tal-pjan tagħhom kif ser jaslu għad-destinazzjoni tagħhom sabiex jaħarbu mill-gwerra.

Dan il-ġuvni jgħin ukoll sabiex iqassam ikel u neċessitajiet bażiċi oħrajn lill-dawn in-nies f’nofs ta’ gwerra biex ikollhom biex jgħaddu.

Għal kull min jista’ jgħin lil Edward jista’ jibgħatlu messaġġ privat fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.


Nicole Zammit