Bħalissa għaddejja maratona ġbir ta’ fondi għal dawk il-persuni li sfortunatament m’għandhomx saqaf fuq rashom. Din il-maratona jisimha “soliDARjetà” u ġiet organizzata minn YMCA Malta.
Din bdiet illum f’nofsinhar u tispiċċa f’nofsillejl. YMCA jipprovdu residenza għal dawk li m’għandhomx post fejn jgħixu u bħalissa qed jieħdu ħsieb 34 persuna. Il-maratona qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni.
Tistgħu tagħtu d-donazzjoni tagħkom billi ċċemplu fuq dawn in-numri:
15€ - 51702068
25€ - 51802007
50€ - 51902073