Mara waqgħet vittma ta’ scam online fejn emmnet li kienet qed titkellem lill-attur magħruf bħala Brad Pitt. Il-frodist, li uża profili foloz fuq il-midja soċjali, ikkultiva l-fiduċja tagħha, wassalha biex tħalli lil żewġha, u spiċċat tittrasferixxi aktar minn $800,000 fil-fondi.

Il-frodist ikkonvinċieha li Brad Pitt kellu bżonn il-flus għal problemi personali, iżda wara li għamlet tant trasferimenti, irrealizzat li kienet ġiet manipulata. Din l-istorja turi l-perikli tal-scams online, fejn frodisti jieħdu vantaġġ minn sentimenti u fiduċja ġenwini.

Il-każ huwa tfakkira għas-soċjetà biex tkun aktar attenta, speċjalment meta titkellem ma’ nies mhux magħrufa online, speċjalment dawk b'wiċċ famuż.


Prisiah Schembri Fava